Stqarrija mill-Uffiċċju tal-President

B’referenza għad-diversi mistoqsijiet li qed isiru lill-Uffiċċju tal-President minn naħa tal-media dwar il-ħatra tal-Maġistrati ġodda, l-Uffiċċju jixtieq jiċċara li l-President ġiet infurmata li, fil-każ ta’ nomina minnhom, il-ħatra se ssir skont kif tistipula l-Kostituzzjoni, u fil-każ tan-nomina l-oħra, se tiġi kkonsultata l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.