Il-Fond għall-Għaqdiet Volontarji tal-Malta Community Chest Fund qiegħed jilqa’ applikazzjonijiet minn għaqdiet volontarji li għandhom proġett infrastrutturali. Dawn il-proġetti, li jistgħu jvarjaw minn xiri jew tiswija ta’ vetturi għal xiri ta’ apparat u tiswija ta’ bini, għandhom l-għan li jtejbu l-ħidma tal-għaqdiet volontarji f’waħda jew aktar mill-prijoritajiet magħżula mill-MCCF għal din is-sena.
L-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu mis-sit tal-MCCF (www.mccf.org.mt). L-applikazzjonijiet jagħlqu fil-25 ta’ Settembru f’nofsinhar.
Sadanittant, il-proċess tal-appell tal-ewwel sejħa wasal biex jintemm u r-riżultat finali għandu jitħabbar fil-ġranet li ġejjin.