Stqarrija mill-Uffiċċju tal-President ta’ Malta

​Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, ħalliet Malta għal żjara fi Stokkolma, L-Isvezja. Waqt din iż-żjara, il-President ta’ Malta se tkun il-keynote Speaker waqt konferenza ntitolata ‘Supporting children with imprisoned parents and their families – Rights, Opportunities and Responsibilities’, organizzata minn Children of Prisoners Europe. Din il-konferenza tiffoka fuq il-pjan biex il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għad-drittijiet tat-tfal tiġi nkorporata fil-liġijiet Nazzjonali tal-Isvezja.
 
Is-sinjura Dolores Cristina ħadet il-ġurament bħala Aġent President ta’ Malta.