L-Ewwel Sena Ħidma Tal-President Ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca

Matul dawn l-aħħar tnax–il xahar, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca kellha b’kollox 2441 laqgħa ma’ kull sezzjoni tal-poplu Malti jiġifieri fuq medja ta’ 6.7 laqgħa kuljum, Sibtijiet u Ħdud inklużi.

 Matul din is-sena, il-President żammet kuntatt dirett mas-soċjetà, li ma kienx ristrett għal xi sezzjoni partikolari imma jkopri l-firxa kollha tal-komunità kollha Maltija u Għawdxija. Il-President ħadet sehem kemm fl-ogħla funzjonijiet statali u reliġjużi, kif ukoll f’dawk ta’ ċittadini normali.

Il-mira tal-President kienet u għadha li tibqa’ bl-umiltà kollha qalb il-poplu biex tibqa’ taħdem qatiegħ biex ixettell l-għaqda nazzjonali u biex ħadd, jekk jista’ jkun,  ma jibqa’ lura.

 

ŻJARAT TA’ KORTEŻIJA – 182
Li jkopru l-oqsma ta’ ġustizzja; diplomazija; sport; politika; reliġjon; NGOs; kultura u arti; amministrazzjoni; imsieħba soċjali; edukaturi; ħidma soċjali u kummerċjali.                                      

INKONTRI FIL-MIDJA  –  68
Li jkopru:  Programmi diretti; programmi b’risq NGOs; programmi dwar ħidma soċjali; programmi kulturali u edukattivi u programmi barranin.                          

QIMA LIL TA’ QABILNA – 14
Ċerimionji ta’ tqegħid ta’ kuruni ma’ monumenti ddedikati lil Presidenti Emeriti li ħallewna.        

FUNZJONIJIET RELIĠJUŻI – 47

LAQGĦAT PRIVATI –  390
Li jkopru l-oqsma fi:  sfond ta’ ħidma soċjali; sfond kulturali u edukattiv; sfond kummerċjali; sfond reliġjuż; sfond ta’ volontarjat; sfond amministrattiv; sfond medjatiku; sfond industrijali u sfond tal-imsieħba soċjali.

LAQGĦAT MAL-MEXXEJJA POLITIĊI – 25 

LAQGĦAT INTERNI – 545
Laqgħat ta’ management kif ukoll mal-impjegati tal-Uffiċċju tal-President; Uffiċċju tal-Fondazzjoni tal-President, kif ukoll voluntiera tal-Malta Community Chest Fund.

LAQGĦAT MA’ GRUPPI – 239
Li jkopru: mal-pubbliku in ġenerali; ma’ dawk li jaħdmu fis-settur soċjali; ma’ NGOs; ma’ nies tan-negozju u industrijalisti; ma’ rappreżentanti mill-oqsma ta’ l-edukazzjoni, sports u kultura; ma’ uffiċjali tas-settur pubbliku u ma’ msieħba soċjali.                           

PREŻENTAZZJONI TAL-KREDENZJALI – 35
Il-President laqgħet jew tat il-kredenzjali lil 35 Ambaxxatur

TISLIMA AĦĦARIJA LIL AMBAXXATURI – 9
Il-President assistiet għal 9 ċerimonji li fihom l-ambaxxaturi tawha l-aħħar tislima.

PREŻENTAZZJONIJIET – 21
Il-President ippresediet 21 ċerimonja ta’ preżentazzjonijiet ta’ kotba, medalji kommemorattivi, eċċ.

PREŻENTAZZJONI TA’ DONAZZJONIJIET – 33
Il-President laqgħet personalment lil 33 delegazzjoni li kkontribwew donazzjonijiet lill-MCCF u b’risq ħidma filantropika.

PREŻENTAZZJONIJIET TA’ ĊERTIFIKATI – 22
Il-President ippreżentat ċertifikati, midalji u premijiet  f’diversi okkażjonijiet.  Ħadet sehem f’22 preżentazzjoni.

LAQGĦAT  SOĊJALI  – 584
Li jkopru laqgħat ma’ NGOs, reliġjużi, diplomatiċi, nies fil-media, nies tan-negozju, rappreżentanti mill-oqsma tal-kultura u edukazzjoni, nies fil-ħidma soċjali, servizz pubbliku, politiċi, Presidenti Emeriti

INAWGURAZZJONIJIET  – 20
Il-President inawgurat  20 avveniment li jkopru kull qasam soċjo-kultrurali, kummerċjali u sportiv.

KUNĊERTI, SERATI, SHOWS  –  62 

KONFERENZI, FORUMS  –  64 

WIRJIET  –  30 

AVVENIMENTI ORGANIZZATI MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  –  65
Il-President nediet u ħadet sehem f’65 avveniment li l-uffiċċju tagħha organizza f’kull qasam tal-ħajja soċjali, kurtutali u filantropika tas-soċjetà tagħna.

JIEM NAZZJONALI BARRANIN  –  20
Il-President ħadet sehem f’20 avveniment taċ-ċelebrazzjoni ta’ Jiem Nazzjonali barranin, fosthom l-Olanda, l-Ażerbajġan, l-Italja, il-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit, l-Iżrael, l-Ordni ta’ San Ġwann, l-Eġittu, l-Istati Uniti, Franza, iċ-Ċina, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Slovakka, Spanja, ir-Repubblika Ċeka, il-Polonja, l-Istat tal-Qatar, l-Awstralja, l-Irlanda u t-Tuneżija.

 LAQGĦAT  TAL-KUMMISSJONI GĦALL-AMMINISTRAZZJONI   TAL-ĠUSTIZZJA – 11
Il-President mexxiet 11-il laqgħa tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.

MIXJIET  –  12
Il-President ħadet sehem fi (12) tnax-il mixja li saru bi skop filantropiku.

INAWGURAZZJONIJIET  –  37
Il-President inawgurat  jew aħjar nediet 37 avveniment li jkopru mill-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu u jgħaddu minn oħrajn kulturali, soċjali, filantropiċi u sportivi.

ŻJARAT FL-ISKEJJEL – 9
Il-President żaret 9 skejjel biex tisma’ u tagħti widen għal dak li jaħsbu dwaru t-tfal.  L-iskejjel li żaret huma dawk tal-Gvern, tal-Knisja u dawk privati.

AVVENIMENTI NAZZJONALI  –  22
Il-President attendiet uffiċjalment f’ 22 okkażjoni ta’ importanza nazzjonali.

ŻJARAT INTERNAZZJONALI  –  20
Il-President żaret uffiċjalment dawn il-pajjiżi;  il-Polonja (Varsavja), Franza (Pariġi), il-Belġju ( Brussel), ir-Renju Unit, il-Vatikan, darbtejn Brussel, il-Polonja, ir-Renju Unit, is-Slovenja u l-Ingilterra.  B’kollox 20 żjara.

ŻJARAT  F’UFFIĊINI  U  ĊENTRI  TA’  GĦAQDIET  EĊĊ  –  157

OKKAŻJONIJIET  TA’ FERĦ  U TA’ NIKET  –  83
Li jinkludu żwiġijiet, anniversarji, magħmudijiet, gradwazzjonijiet u funerali.    

 

 

 

 

                                        

 ​