Il-President ta’ Malta Intervistata fuq il-Commonwealth

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ġiet intervistata mill-uffiċċju tal-Commonwealth f’Londra, dwar Jum il-Commonwealth li din is-sena għandu t-tema ta’ ‘A Young Commonwealth’.
 
Bħalissa l-President ta’ Malta qegħda f’Londra wara li ġiet mistiedna biex tieħu sehem f’bosta attivitajiet marbuta mal-Commonwealth u li għalihom attendiet il-Majestà Tagħha r-Reġina Eliżabetta t-Tieni u l-familja Rjali.
 
Waqt l-intervista, il-President ta’ Malta tkellmet fuq il-viżjoni tagħha tal-Commonwealth, u fuq il-laqgħa tac-CHOGM li se titlaqqa’ f’Malta f’Novembru li ġej.
 
L-intervista ġiet imxandra fuq iċ-channel uffiċjali tal-Commonwealth, aċċessibbli permezz ta’ din il-link:  http://youtu.be/k09vADt049o