Għal din il-maratona qegħdin jiġu mistednin kemm dawk li huwa diġà mħarrġa f’dan l-isport kif ukoll dawk li jixtiequ jipprovawh għall-ewwel darba. Filwaqt li ltaqgħet ma’ għadd ta’ tfal li kienu għaddejjin bit-taħriġ tagħhom il-President kellha wkoll kliem ta’ ringrazzjament għall-ġenituri għad-dedikazzjoni tagħhom biex it-tfal jedhew fl-isport.
Waqt diskors tal-okkażjoni, il-President ta’ Malta faħħret l-inizjattiva li ħadet l-MBA biex tkun tista’ tittella’ din il-maratona u qalet li huwa ta’ eżempju tajjeb ħafna li it-tfal, minn età daqshekk żgħira jiġu mgħallma s-sens ta’ solidarjetà u s-sens li nkunu hemm biex ngħinu lil dawk ħutna Maltin u Għawdxin li sfortunatament ikunu għaddejjin minn perjodu mhux daqshekk tajjeb minħabba tipi varji ta’ mard.
Hawnhekk il-President, reġgħet tenniet il-bżonn li kull min jista’, jagħti il-kontribut tiegħu b’risq l-Istrina ta din is-sena.
Għal din il-konferenza tal-aħbarijiet attenda wkoll is-Sur David Agius f’isem l-Oppożizzjoni, kif ukoll is-Sur Oliver Scicluna f’isem l-Għaqda ta’ Persuni b’Diżabbiltà, li huma wkoll se jagħtu l-kontribut tagħhom f’din l-istess maratona permezz ta’ logħob ta’ Wheelchair Basketball.
Din il-Maratona se tittella’ fl-erbatax ta’ Diċembru, fil-Padiljun f’Ta Qali mid-disgħa ta’ filgħodu.