Fl-aħħar ġimgħat tletin Kap ta’ Stat awguraw lil Marie-Louise Coleiro Preca fil-ħatra l-ġdida tagħha bħala President ta’ Malta.
Fost dawn kien hemm il-Maestà Tiegħu Juan Carlos, Re ta’ Spanja, Xi Jinping, President taċ-Ċina, Karolos Papoulias, President tal-Greċja u Mahmoud Abbas, President tal-Istat Palestinjan.
Il-President Marie-Louise Coleiro Preca rringrazzjat formalment lil kull Kap ta’ Stat li awguralha u qed tħares ’il quddiem biex isaħħaħ ir-relazzjonijiet li jeżistu bejn Malta u l-pajjiżi rispettivi.