“Il-qari huwa l-mezz kif tikber intellwettwalment, tiżviluppa l-immaġinazzjoni u l-kreattività, u tibni konnessjoni” – Il-President, Marie-Louise Coleiro Preca
Fl-okkażżjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb, li tiġi iċċellebrata llum, 23 ta’ April, l-Eċċelenża Tagħha, Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta, dalgħodu saħħqet fuq l-importanza tal-qari għal l-iżvilupp intelletwali, l-immaġinazzjoni, u l-kreattività. Il-President Coleiro Preca kompliet tgħid li l-qari jagħti s-setgħa lil dak li jkun, għax jgħin biex persuna tibni u tizvilluppa konnessjonijiet.
Il-President kienet qed titkellem waqt żjara minn rapprezentanti tal-iskejjel Primarji ġewwa il-Palazz ta’ Sant’Anton, fejn ġew ipprezentati b’kotba għal libreriji rispettivi tagħhom, fl-okkazzjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb.
Il-President fakkret ukoll fil-Qaritona Nazzjonali, li qed issir bħalissa. Il-Qaritona hija maħsuba biex tħeġġeġ tfal u żagħżagħ jaqraw aktar, filwaqt li jinġabru fondi. Dawn il-fondi, qalet il-President ser jintuzaw biex jgħinu wkoll tfal u żagħżagħ nieqsin mid-dawl biex ikollhom aċċess permess ta’ faċilitajiet teknoloġiċi. Il-President qalet li hawn sebgħa u sittin tifel u tifla fl-iskejjel primarji u sekondarji, li huma neqsin mid-dawl. Iżda, illum il-ġurnata, bil-mezzi moderni li jeżiżtu, anke dawn it-tfal u żagħżagħ ma jiġux eskludi minn namur tal-qari, u l-ġid li joħroġ minnu, kompliet tgħid il-President.
President Coleiro Preca ħabbret li l-Pesident’s Trust ser tibda toffri servizz ta’ tagħlim tal-Braille, biex jissaħħu ħiliet ta kitba fi tfal nieqsin mid-dawl.
Il-Qaritona hija mtella mill-President’s Trust, flimkien ma’ l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu w numru ta’ entraprizi oħra.
Xi kotba li tqassmu lil-skejjel primarji ġew sponsorjati minn Merlin Publishers.