Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ppresediet it-tnedija tal-ktieb ‘Djamantini’ fil-Palazz Verdala, ktieb ta’ stejjer minn tfal għal tfal biex iservi ta’ wens għal tfal li qegħdin fl-isptarijiet. Dan huwa proġett utli ħafna li jirrifletti l-ġid li joħroġ minn responsabbilta’ soċjali.