Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca tirċievi żjara ta’ korteżija minn Jacob Cachia

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca tirċievi żjara ta’ korteżija minn Jacob Cachia, żagħżugħ li wara sfidi ta’ saħħa, mhux biss għeleb dawn l-isfidi, iżda llum huwa persuna li jagħti kuraġġ lil ħaddieħor permezz tal-għaqda Survivors Malta, u ktieb ġdid li ħareġ miktub minn ommu stess bl-isem ta’ ‘Titanium Man’.  Il-President faħħret l-entużjażmu ta’ Jacob li qed jużah biex jiżra’ l-kuraġġ u l-ġid għal dawk ta’ madwaru. Iż-żjara ta’ korteżija saret fil-Palazz ta’ San Anton.