Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca aktar kmieni llum kellha laqgħa mal-Bord Eżekuttiv tal-Kunsill Studenti Universitarji 2015/2016

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca aktar kmieni llum kellha laqgħa mal-Bord Eżekuttiv tal-Kunsill Studenti Universitarji 2015/2016, immexxi minn Rebecca Micallef bħala President. Marie-Louise Coleiro Preca tkellmet fuq kif din il-Presidenza tinsab kommessa li tkun imsieħba maż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin biex b’hekk jiġi kkreat spazju sigur biex l-istess żgħażagħ ikunu jistgħu jagħtu viżibilità lill-aspirazzjonijiet tagħhom fuq livell nazzjonali. Hija tinsab ukoll ħerqana li l-KSU ser terġa’ tkun parti strumentali fil-kampanja ‘Solidaritree’ b’risq The Malta Community Chest Fund.