Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca f’laqgħa mal-Young Women’s Christian Association.

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ltaqgħet mal-Young Women’s Christian Association. Hi faħħret il-ħidma volontarja li l-YWCA qed tagħmel b’risq dawk fil-bżonn permezz ta’ inizjattivi edukattivi.  Il-ħolqien ta’ opportunitajiet edukattivi huwa bidu importanti biex jiġu indirizzati l-inġustizzji, għaliex dawk fil-bżonn jeħtieġu ġustizzja u mhux karità.