Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca tiltaqa’ mas-Sur Paul Ellul li rnexxielu jikser ir-rekord ta’ Wind Surfing

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca tiltaqa’ mas-Sur Paul Ellul li rnexxielu jikser ir-rekord ta’ Wind Surfing meta qasam bejn Malta u l-Italja bil-għan li jiġbor fondi għall-Malta Community Chest Fund.  Is-Sur Ellul ippreżenta ċekk bil-flus miġbura.  Il-President irringrazzjat lis-Sur Ellul u lil dawk li tawh l-appoġġ għal għan nobbli li jagħmel sfida bħal din, jagħmel isem għal Malta u fl-istess ħin jgħin lill-Malta Community Chest Fund.