Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca flimkien mas-Sur Preca jattendu għall-Quddiesa ta’ Ħadd il-Għid organizzata mill-Uffiċċju tal-President

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca flimkien mas-Sur Preca jattendu għall-Quddiesa ta’ Ħadd il-Għid organizzata mill-Uffiċċju tal-President fil-ġnien pubbliku ta’ San Anton. Wara l-quddiesa sar it-tberik u t-tqassim tal-figolli mogħtija lit-tfal preżenti, liema figolli ġew ippreparati mir-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.