Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca w s-Sur Preca llum wara nofsinhar attendew għaċ-ċerimonja li fakkret is-sebgħin anniversarju mill-ħelsien t’Auschwitz Berkenau fil-Polonja. Waqt din iċ-ċerimonja l-President ta’ Malta kellmet lil għadd ta’ Lhud li kienu għexu t-terrur ta’ Auschwitz. Waqt iċ-ċerimonja, dawk li esperjenzaw it-terrur ta’ Auschwitz, irrakkuntaw mhux biss dak li għaddew minnu, iżda appellaw biex ġrajja kerha bħal din, kontra l-umanita’, ma terġa qatt isseħħ.