Fil-Palazz tal-Belt Valletta, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca,ippresediet iċ-ċerimonja tal-ġurament tal-ħatra tal-Maġistrat Yana Micallef Stafrace.
Il-President awgurat lill-Maġistrat Micallef Stafrace, u b’referenza għax-xogħol li l-Maġistrat Micallef Stafrace kienet tagħmel bħala Chairperson tal-Kummissjoni kontra l-Vjolenza Domestika, fakkret lill-ġudikatura fuq l-impenn li jridu jieħdu biex tingħeleb il-gender-based violence.
“Nixtieq li f’din l-okkażjoni ta’ ferħ għalik, nfakkar lill-ġudikatura kollha, kemm hu importanti li l-istatementstagħna, fejn tidħol l-issue tal-gender based violence, jkunu qawwija,” tenniet il-President.
Fid-dawl ta’ dan, il-President Coleiro Preca, ppreżentat kopja ta’ ktieb li jinkludi għadd ta’ narrattivi ta’ nisa li kienu vittmi ta’ vjolenza domestika, li ġie ppubblikat mill-Fondazzjoni St Jeanne Antide, u ppreżentat ukoll kopja ta’ rakkomandazzjonijiet li tfasslu wara konferenza internazzjonali dwar il-femiċidju, li saret f’Malta, fil-ġimgħat li għaddew, u li kienet ikkordinata minn Dr. Marceline Naudi.