Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ħalliet Malta għal New York

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ħalliet Malta għal New York, fejn ġiet mistiedna biex tindirizza diskussjoni ta’ livell għoli, organizzata mill-Council of World Women Leaders, intitolata Economic Cost of Violence against Women, flimkien mal-President tar-Repubblika tal-Litwanja u ċ-Chairperson tal-Council of World Women Leaders Dalia Grybauskaite, il-President tar-Repubblika taċ-Ċili Michelle Bachelet Jeria, il-President tar-Repubblika tal-Kroazja Kolinda Grabar-Kitarovic, u l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Kristalina Georgieva.

 

Il-President Coleiro Preca se tindirizza wkoll konferenza organizzata minn UN Women, dwar l-irwol tan-nisa fl-implimentazzjoni tal-2030 Agenda for Sustainable Development.

 

Il-President ta’ Malta se jkollha wkoll diversi laqgħat bilaterali, u se tiltaqa’ wkoll mal-komunità Maltija ta’ New York.

 

Is-Sinjura Dolores Cristina ħadet il-ġurament tal-ħatra bħala Aġent President ta’ Malta.