Il-Fond għall-Għaqdiet Volontarji – Malta Community Chest Fund: 72 applikazzjoni għat-tieni sejħa tas-sena

Il-Fond għall-Għaqdiet Volontarji rċieva 72 applikazzjoni  għal għajnuna finanzjarja mingħand għaqdiet volontarji li jixtiequ jużaw l-għajnuna għal proġetti infrastrutturali.

Din hija t-tieni sejħa għal din is-sena, li għaliha ġew ivvutati EUR 200,000.

Bħalissa qiegħda tintbagħat l-ittra tal-għarfien u n-numru ta’ referenza lil kull għaqda li applikat.

Minn nhar it-Tnejn jibda proċess ta’ evalwazzjoni. Il-proċess jikkonsisti fi tliet livelli: evalwazzjoni individwali; evalwazzjoni fi gruppi ta’ żewġ evalwaturi f’kull grupp; u evalwazzjoni f’livell ta’ kumitat.  Ir-riżultat jitħabbar wara li tingħata preżentazzjoni lill-Bord tas-superviżjoni tal-MCCF.