“Il-Malta Community Chest Fund hija l-unika fond nazzjonali li qed tgħin lil nies li jkollhom bżonn kura jew terapija speċjalizzata. Il-Malta Community Chest Fund qed tonfoq 250,000 ewro fix-xahar f’kimoterapija jew kura speċjalizzata. Qed tonfoq 25,000 ewro fix-xahar għall-familji li jakkumpanjaw lill-qraba morda tagħhom barra l-pajjiż. L-MCCF qed tonfoq 22,000 ewro fix-xahar f’apparat mediku li jinkludi wheelchairs, mobility aids, sodod u saqqijiet speċjalizzati. Qed tonfoq 10,000 ewro fix-xahar f’għajnuna soċjali, fosthom vawċers għall-ikel, tagħmir ta’ bżonn fid-djar, u għajnuniet lill-istudenti. L-MCCF qed tonfoq ukoll 900,000 ewro fis-sena f’għajnuna lill-NGO’s”
Il-President ta’ Malta spjegat li l-Malta Community Chest Fund ma tridx li tkun f’pożizzjoni li tirrifjuta li tagħti l-għajnuna lil min għandu bżonn, minħabba li jispiċċaw il-fondi. Huwa għalhekk, spjegat il-President, li b’ewro fix-xahar mingħand kulħadd, tagħmel id-differenza għall-istess familji li qed jiġu bżonn il-Malta Community Chest Fund.
Preżenti għall-konferenza attendew għadd ta’ rappreżentanti tal-Unions, biex jagħtu appoġġ għal din l-inizjattiva, li huma l-GWU, l-MUMN, il-Union tal-gwidi tat-Turisti, il-Kamra tal-ispiżjara, u l-MUT.