Il-bieraħ filgħaxija il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca ppremjat sebat itfal, u seba’ proġetti ta’ żgħażagħ flimkien ma’ 12 – il organizazzjoni għall-Premju tal-President għall-Kreattivita’ 2014.
Il-Premju tal-President għall-Kreattivita’ isir bil-għan li jindirizza fl-ogħla livell tal-istat, rikonoxximent mill-President ta’ Malta għall-ħiliet kreattivi ta’ tfal, żgħażagħ u organizazzjonijiet. Minbarra li l-Premju jirrikonoxxi l-ħiliet, jagħti appoġġ għat-talenti kreattivi tagħhom biex ikomplu jiżviluppaw.
Waqt li ndirizzat is-serata l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca qalet li minkejja li dan jisseajjaħ Premju tal-President għall-Kreattivita’, din hi inizjattiva tat-tfal, adoloxxenti u żgħażagħ biex jattwaw l-ħolma artistika tagħhom. “Illum, wara biss ftit xhur, qed naraw il-frott ta’ dak li ħlomtu, u ser tattwaw, fiż-żmien li gej.” Il-President ħaġġet lill-għalliema u persuni responsabbli mit-tfal u ż-żgħażagħ, sabiex jinkludu żgħażagħ promettenti ħalli jiġu jieħdu sehem fil-proġetti li fasslu. Appellat biex ma nieqfux hawn iżda li nkomplu ninvestu fil-kreattività taz-zgħazagħ, kemm għal futur tagħhom u għal futur ta’ pajjiżna.”
Il-President spjegat kif l-għan ewlieni tal-Premju tal-President għall-Kreattività huwa li jagħti opportunità w aċċessibilità, b’mod konkret, lil kull persuna biex tiżviluppa l-kreattività tagħha, anke minn età zgħira.
IL-PREMIJIET LI NGĦATAW:
Bryony Grech hi studenta ta’14-il sena u għandha għal qalbha kull forma ta’ kraft u tħobb tiddisjina, tħit u tpinġi. Giet innominata mill-Assistent Kap tal-iskola taghha Silvana Bugeja. Se tkun qed tinghata tahrig personalizzat ma’ ‘Creative Factory 7’, dwar it-teknika artistika u fashion design, u disinn fuq id-drapp.
Felicity Micallef għandha 14-il sena u tħobb it-tpinġija. Ġiet innominata mill-għalliema tal-Arti tagħha Carmen Xuereb. Permezz tal-Premju qed tingħata taħriġ f’dan il-qasam permezz ta’ kors offrut mill-Malta Society of Arts għal sena akkademika, kif ukoll għajnuna fil-provvista ta’ materjali artistici ghal dan il-kors.
Shakira Vella hija studenta ta’ 11-il sena u ġiet innominata mill-għalliem tal-mużika tal-iskola tagħha Pierre Grech, minħabba t-talent li għandha għall-kant. Shakira se kun qed tinghata tahrig personalizzat permezz ta’ lezzjonijiet tal-vuċi mal-artista Gillian Zammit u għalliema ohra fl-iskola ‘The School of Performing Arts’, għal sena akkademika.
Sammy Farrugia għandu 16-il sena u għandu talent fil-qasam tad-drama kif ukoll imħabba lejn il-qasam awdjoviżiv u jħobb jesperimenta biż-żewġ oqsma flimkien. Ghal dan il-ghan se jkun qed isegwi x-xoghol tal-kumpanija awdjoviziva ‘The Bigger Picture’ u jigi espost ghall-aspetti differenti ta’ kif din il-kumpanija topera biex tohrog b’prodott finali awdjoviziv. Gie nnominat mill-ghalliema tal-matematika tieghu Amy Cutajar.
Neil Tabone student ta’ 11-il sena u gie nnominat mill-Kap tal-Iskola tieghu Josette Ciappara. Neil iħobb joħloq affarijiet ġodda b’dak li jsib madwaru. Għaldaqstant il-Premju tal-President ghall-Kreattivita` qed jabbinah mal-artist multidixxiplinarju Matthew Pandolfino li juża media differenti biex jikkrea l-arti tieghu, l-iktar għall-użu tat-teatru, biex jitgħallem esperjenzi ġodda mingħandu.
Carlos Cutajar għandu 13 il sena u għandu talent artistiku u jħobb jesperimenta dixxiplini differenti tal-arti. Għalhekk se jkun qed jingħata taħriġ personalizzat f’qasam li hu jixtieq jiskopri u jitgħallem, dak tal-arti diġitali, mal-artist Luca Cauchi. Ġie nnominat minn Clint Calleja, l-għalliem tal-arti tiegħu.
Warren Bartolo għandu 16 il-sena u gie nnominat għall-Premju mill-għalliem tal-arti tieghu Franco Navarro. L-imhabba ta’ Warren hija l-arti u issa se jibda jinghata tahrig personalizzat fl-ispecjalizzazzjoni tal-cartoon illustration. Se jkun qed jingħata dan it-taħriġ mill-illustratur tal-kotba tat-tfal Andrea Meli.
Żgħażagħ bejn 17 u 25 sena ppremjati għall-proġetti tagħhom.
Adrian Abela
Dan il-proġett huwa riżultat ta’ ktieb tal-artist li ser jiddokumenta b’mod artistiku il-karti li ntefgħu waqt il-festi u li nġabru din is-sena minn madwar Malta u Ghawdex. Dan il-ktieb huwa parti minn proġett akbar li ser iwassal għal ħolqien ta’ magna li tirriċikla il-karti tal-festa. Għal dan il-proġett Adrian ser jirċievi wkoll għajnuna mill-fondazzjoni Valletta 2018
Dan il-proġett huwa riżultat ta’ ktieb tal-artist li ser jiddokumenta b’mod artistiku il-karti li ntefgħu waqt il-festi u li nġabru din is-sena minn madwar Malta u Ghawdex. Dan il-ktieb huwa parti minn proġett akbar li ser iwassal għal ħolqien ta’ magna li tirriċikla il-karti tal-festa. Għal dan il-proġett Adrian ser jirċievi wkoll għajnuna mill-fondazzjoni Valletta 2018
Peter John Cutajar u Fabrizio Fenech żewg studenti li jistudjaw il-Media ġewwa l-mcast. Il-premju ser jgħinhom jinvestu f ‘horror film’ qasir li kitbu huma flimkien bit-titlu “Obscure”. L-skop tal-proġett huwa biex iżidu l-esperjenza u il-kwalita tal-proġetti fil-futur, kif ukoll biex jaqsmu x-xogħol tagħhom fil-Malta short film festival u festivals internazzjonali oħra.
Ħolqa proġett minn Ġan Franġisk Abela Junior College li ser iwassal Festival Ewropew tad-Drama għall-Istudenti sabiex jikbru fil-kwalitajiet artistiċi u espressivi tagħhom flimkien ma’ żgħażagħ oħra minn seba’ pajjiżi Ewropej. Iż-żgħażagħ artisti ser ikollhom festa ta’ drama u taħriġ fi spirtu ta’ ferħ u kollaborazzjoni. Dan il-proġett ser jirċievi wkoll l-għajnuna mill-iskola għall-arti performattiva fl-Universita’ ta’ Malta.
Stephanie Bonnici
Permezz tal-premju Stephanie ser tkun qed tiżviluppa dramm għat-teatru li bdiet taħdem fuqu bħala proġett tas-Systems of Knowledge. Permezz tat-teatru li hu tant ghal qalbha tixtieq li tqajjem kuxjenza dwar dak li ghal uhud jidher fantazija, filwaqt li ghal ohrajn jista’ jkun l-akbar realtà.
Ruth Borg u Marta Vella
Il-premju ser iwassalhom għall-ewwel kreazzjoni tagħhom f’April tas-sena d-dieħla. Il-produzjoni tinvestiga dak li ma jintqalx bejn żewġ persuni differenti li qatt ma iltaqgħu ma xulxin u l-univers ta’ possibiltajiet li jinħoloq bejniethom kieku waħda minnhom tkellem lil oħra. Ix-xogħol jitratta diversi temi fosthom l-individwalita` u l-femminiżmu. Il-proġett għandu wkoll l-għajnuna tal-Kavallier ta’ San Gakbu u l-iskola għall-arti performattiva fl-Universita’ ta’ Malta.
Premju għall-proġetti ta’ gruppi, organizzazzjonijiet u entitiajiet privati jew pubbliċi.
1. “DANCE-is ability” ta’ Opening Doors Association
Dance-is Ability huwa proġett immexxi minn Opening Doors Association, li għandha l-għan li toħloq u tippreżenta xogħol artistiku għall-pubbliku maħdum bis-sehem sħiħ, dirett u kreattiv ta’ persuni b’disabilita’ intellettwali. F’dal-proġett il-grupp ġdid taż-żfin ta’ Opening Doors se jkunu qed jaħdmu biex itellgħu l-ewwel xogħol sħiħ tagħhom fl-arti taż-żfin.
Dance-is Ability huwa proġett immexxi minn Opening Doors Association, li għandha l-għan li toħloq u tippreżenta xogħol artistiku għall-pubbliku maħdum bis-sehem sħiħ, dirett u kreattiv ta’ persuni b’disabilita’ intellettwali. F’dal-proġett il-grupp ġdid taż-żfin ta’ Opening Doors se jkunu qed jaħdmu biex itellgħu l-ewwel xogħol sħiħ tagħhom fl-arti taż-żfin.
2. “Creativity takes Courage” ta’ St Jeanne Antide Foundation
St Jeanne Antide Foundation taħdem ma’ tfal u familji f’sitwazzjonijiet vulnerabbli. F’dan il-proġett, il-kitba u l-illustrazzjoni ser jintuzaw sabiex tfal u żgħażagħ li għaddew minn esperjenzi trawmatiċi jkunu jistgħu jesploraw meżżi ġodda ta’ espressjoni, komunikazzjoni u kreattivita’.
3. “The Mystery of the Ordinary” tal-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita’
Dan huwa proġett immexxi mill-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita’ bi sħab mal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin. L-enfasi tal-proġett se tkun fuq l-esplorazzjoni u l-prattika tal-arti viżiva bħala mezz li jgħinna fil-perċezzjoni kif ukoll fl-analiżi tad-dinja ta’ madwarna, b’mod li jwassal għal ħiliet aħjar ta’ espressjoni u ta’ komunikazzjoni.
Dan huwa proġett immexxi mill-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita’ bi sħab mal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin. L-enfasi tal-proġett se tkun fuq l-esplorazzjoni u l-prattika tal-arti viżiva bħala mezz li jgħinna fil-perċezzjoni kif ukoll fl-analiżi tad-dinja ta’ madwarna, b’mod li jwassal għal ħiliet aħjar ta’ espressjoni u ta’ komunikazzjoni.
4. “We’re Artists, We’re Dyslexic” ta’ Ċentru Tbexbix
Ċentru Tbexbix se jkun qed jaħdem ma’ numru ta’ organizzazzjonijiet edukattivi, aġenziji u artisti sabiex ikompli jilħaq l-għanijiet tiegħu ta’ appoġġ lejn il-ħtiġijiet tal-komunita’ tal-Kottonera. F’dal-proġett tfal u żgħażagħ bid-dyslexia se jkunu qed jipparteċipaw f’workshops ta’ arti viżiva u forom oħra kreattivi sabiex jesploraw il-ħiliet artistiċi u espressivi tagħhom.
5. “Feel the Vibe” ta’ Dun Manuel Attard Young Adult Education Resource Centre
F’dan il-proġett Dun Manuel Attard Young Adult Education Resource Centre, li qiegħed il-Wardija u li jifforma parti mill-Kulleġġ Maria Regina, se jkun qed jikkollabora mal-grupp mużikali Tribali sabiex studenti b’diżabilita’ li jużaw din il-faċilita’ jaħdmu fuq il-ħolqien ta’ siltiet mużikali u vokali ġodda, anki permezz ta’ strumenti mużikali maħluqa minn materjal riċiklat. L-esplorazzjoni tal-ħoss, tar-ritmu u tal-vuċi u tal-kapaċitajiet espressivi tagħhom hija waħda mill-għanijiet prinċipali ta’ dal-proġett.
6. WAMA – it-Tielet Edizzjoni tal-Kulleġġ Santa Margerita
WAMA (When Art Meets Acting) jidħol fit-tielet edizzjoni tiegħu permezz ta’ dan il-proġett, li huwa mmexxi u kkordinat mill-Uffiċċju tal-Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Margerita, ibbażat fil-Birgu. Filwaqt li l-enfasi tibqa’ fuq il-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ, din is-sena l-proġett ser ilaqqa’ l-parteċipanti ma’ artisti li jaħdmu fl-arti viżiva u l-fotografija, fiż-żfin, u fis-Sequential Art / Comics.
7. “Active Age” ta’ Theatre Anon Arts Foundation
Active Age huwa proġett ibbażat fuq l-arti teatrali u jindirizza l-ħtiġijiet fiżiċi, soċjali u emozzjonali ta’ persuni anzjani. Il-programme ta’ workshops mifrux fuq sena sħiħa se jkun qed jitmexxa mill-membri ta’ Theatre Anon Arts Foundation f’numru ta’ day care centres, u ser jittella’ b’kollaborazzjoni mal-Integra Foundation.
8. Kre-Anza tal-Kunsill Lokali Naxxar
Fil-proġett Kre-Anza, il-Kunsill Lokali tan-Naxxar se jkun qed iġib flimkien grupp ta’ anzjani mil-lokalita’ f’numru ta’ workshops li jduru madwar il-memorja u l-emozzjoni, taħt it-tmexxija ta’ artisti ġejjin mill-oqsma tad-drama applikata, kant jazz, u letteratura, kif ukoll ma’ speċjalista fi proġetti artistiċi mal-anzjani.
9. “Integration in Action” tal-Jesuit Refugee Service (Malta)
F’dan il-proġett il-Jesuit Refugee Service (Malta) se tkun qed taħdem ma’ grupp ta’ parteċipanti bl-istatus ta’ refuġjati sabiex issaħħaħ il-ħiliet tagħhom fil-komunikazzjoni b’mod partikolari marbuta mal-esperjenza tagħhom. Dan għandu jwassal għal xogħol teatrali li fih ikun jista’ jinħoloq djalogu iktar mifrux u miftuħ fl-iskejjel b’mod li din l-esperjenza ssaħħaħ u tiffaċilita t-tlaqqiegħ ta’ kulturi u esperjenzi umani differenti.
10. “Friendship in diversity” ta’ Organisation for Friendship in Diversity
Din l-organizazzjoni se tkun qed ittella’ wirja fotografika ibbażata fuq l-esperjenza ta’ tfal ta’ nazzjonalitajiet u sfond kulturali differenti li jkunu ltaqgħu f’kuntesti informali f’Malta. Permezz tal-wiri tiegħu fl-iskejjel, dan il-proġett għandu l-għan li jxerred messaġġ pożittiv dwar l-apprezzament tad-diversita’ tal-ħajja umana, speċjalment dik tat-tfal.
11. “Predaturi.com” ta’ Write Deal Association
Fil-proġett ‘Predaturi.com’, tfal u żgħażagħ se jkunu qed jużaw il-medium tal-film b’mod kreattiv sabiex jesploraw il-problemi li jiffaċċjaw huma u sħabhom minħabba fis-cyber-bullying u problemi oħra assoċjati mad-dinja tal-internet. Il-proġett se jsir b’kollaborazzjoni ma’ diversi għaqdiet u organizzazzjonijiet li jindirizzaw il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ.
12. “Art 2 Heart” tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca
Dan il-proġett huwa mmexxi mill-Uffiċċju tal-Prinċipal tal-Kulleġġ San Ġorġ. Subien u bniet mill-iskejjel ta’ dan il-Kulleġġ se jkunu qed jaħdmu flimkien fuq numru ta’ interventi fi spażji pubbliċi fil-lokalita’ tal-Ħamrun, anki bl-assistenza tal-Kunsill Lokali, sabiex taħt il-ġwida ta’ artist professjonali isebbħu l-ambjent pubbliku fil-lokalita’ permezz ta’ numru ta’ interventi artistiċi.