Il-President Marie-Louise Coleiro Preca tinawgura esebizzjoni tal-arti mill-Maltija-Awstraljana Rita Muscat Galea b’risq il-Malta Guide Dogs Foundation. Fid-diskors tagħha l-President saħqet dwar l-ambizzjoni u d-determinazzjoni ta’ Muscat Galea u tal-Fondazzjoni li kienu ċ-ċavetta li biha l-Maltin se jkunu jistgħu jgawdu din l-esebizzjoni fl-istess ħin li jikkontribwixu għall-qasam soċjali ta’ pajjiżna.