Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca flimkien mas-Sur Edgar Preca żżur il-provi ta’ Rockestra 2015 li se tittellgħa nhar is-Sibt li ġej, 12 ta’ Settembru, fl-MFCC Ta’ Qali.

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca flimkien mas-Sur Edgar Preca żżur il-provi ta’ Rockestra 2015 li se tittellgħa nhar is-Sibt li ġej, 12 ta’ Settembru, fl-MFCC Ta’ Qali.

Il-President ta’ Malta setgħet issegwi l-provi ta’ wħud mill-kantanti li se jieħdu sehem fosthom il-kantant Malti b’suċċessi internazzjonali Marc Storace li se jkun il-mistieden speċjali ta’ Rockestra ta’ din is-sena. Il-President rringrazzjat lil dawk kollha li qed jieħdu sehem f’kunċert mill-aqwa annwali, fejn permezz tal-mużika, dawk li jattendu jieħdu gost flimkien, u fl-istess ħin jagħmlu turija ta’ solidarjetà mal-mijiet kbar li qed jirrikorru għall-għajnuna tal-Malta Community Chest Fund. Rockestra 2015 qed tittellgħa bis-sehem tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali taħt id-direzzjoni mużikali tas-Surmast Sigmund Mifsud u produzzjoni ta’ Pawlu Borg Bonaci.