Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca iltaqgħet ma’ rappreżentanti ta’ Caritas Europa

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca iltaqgħet ma’ rappreżentanti ta’ Caritas Europa, fil-Palazz ta’ Sant’ Anton. Waqt din il-laqgħa, ir-rappreżentanti ta’ Caritas Europa tkellmu dwar ix-xogħol enormi li qed jagħmlu ma’ diversi komunitajiet vulnerabbli fit-48 pajjiż tal-Ewropa. Il-President Coleiro Preca, flimkien ma’ rappreżentanti tal-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà, tat spjegazzjoni dettaljata dwar l-inizjattivi soċjali u dwar l-inizjattivi favur il-ġid tas-soċjetà li qed jittieħdu fil-Presidenza permezz tal-istess Fondazzjoni, il-President’s Trust, u d-diversi platforms li ttieħdu inizjattiva dwarhom, “bil-għan li ninfluwenzaw sabiex jsiru l-bidliet li l-poplu tagħna għandu bżonn sabiex jgħix aħjar”.