Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ltaqgħet ma’ rappreżentanti tal-NGO Law Advisory Centre fi Krakow il-Polonja,

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ltaqgħet ma’ rappreżentanti tal-NGO Law Advisory Centre fi Krakow il-Polonja, li huma għaqda mhux governattiva ta’ avukati li jiffukaw biex jgħinu persuni li ma jkollhomx flus għal għajnuna legali.  Dan minħabba li fil-pajjiż m’hemmx sistema ta’ ‘Legal Aid’ u għaldaqstant din l-għaqda mhux biss toffri servizzi tagħha bla ħlas iżda anki jħarrġu magħhom għadd ta’ studenti tal-liġi biex b’hekk tingħata għajnuna lil persuni vulnerabbli fosthom persuni li jsofru minn vjolenza domestika. ​