Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ltaqgħet mal-grupp popolari Taljan IL VOLO.

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ltaqgħet mal-grupp popolari Taljan IL VOLO.  Il-President qalet li dawn iż-żgħażagħ huma mudell għal żgħażagħ Maltin u Għawdxin, għax minkejja s-suċċess internazzjonali tagħhom baqgħu, umli, jippromwovu l-kultura ta’ pajjiżhom, ikantaw bil-lingwa tagħhom, u jagħtu messaġġ pożittiv għal dinja aħjar permess tal-kanzunetti tagħhom.