Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca tirċievi donazzjoni mill-grupp Caminiamo

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca tirringrazzja lill-grupp Caminiamo li bil-mixjiet tagħhom li għamlu fi Spanja, Franza u l-Portugall ġabru s-somma sabiħa ta’ 58,100 ewro b’risq il-Malta Community Chest Fund.  Il-President ta’ Malta faħħret lil dan il-grupp ta’ Maltin immexxija mis-Sur Mario Scerri li bl-entużjażmu tagħhom biex ikattru l-ġid għamlu sagrifiċċji personali kbar u anki fiżiċi biex bil-mixjiet tagħhom barra l-pajjiż għenu lil min qed jiġi bżonn l-għajnuna tal-Malta Community Chest Fund. Fix-xahar il-Malta Community Chest Fund qed tonfoq 250,000 ewro f’kimoterapija u kura speċjalizzata għal mijiet ta’ Maltin u Għawdxin. Fix-xahar il-Malta Community Chest Fund tirċievi 200 applikazzjoni ġdida għall-għajnuna.