Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca u s-Sur Preca waqt il-laqgħa mal-Arċisqof ta’ Krakow, il-Kardinal Stanisław Dziwisz, fil-Kurja tal-Isqof fi Krakow il-Polonja

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca u s-Sur Preca waqt il-laqgħa mal-Arċisqof ta’ Krakow, il-Kardinal Stanisław Dziwisz, fil-Kurja tal-Isqof fi Krakow il-Polonja.  Waqt din il-laqgħa l-President ta’ Malta stiednet lill-Arċisqof ta’ Krakow biex jiġi Malta f’għeluq l-għaxar anniversarju mill-mewt tal-Papa San Ġwanni Pawlu t-Tieni, li kien tant maħbub mill-Maltin u l-Għawdxin.  Il-Kardinal Stanisław Dziwisz kien segretarju privat tal-Papa San Ġwanni Pawlu t-Tieni għal erbgħin sena. ​