Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca w s-Sur Preca llum wara nofsinhar attendew għaċ-ċerimonja li fakkret is-sebgħin anniversarju mill-ħelsien t’Auschwitz Berkenau fil-Polonja.

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca w s-Sur Preca llum wara nofsinhar attendew għaċ-ċerimonja li fakkret is-sebgħin anniversarju mill-ħelsien t’Auschwitz Berkenau fil-Polonja.  Waqt din iċ-ċerimonja l-President ta’ Malta kellmet lil għadd ta’ Lhud li kienu għexu t-terrur ta’ Auschwitz.  Waqt iċ-ċerimonja, dawk li esperjenzaw it-terrur ta’ Auschwitz, irrakkuntaw mhux biss dak li għaddew minnu, iżda appellaw biex ġrajja kerha bħal din, kontra l-umanita’, ma terġa qatt isseħħ.