Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca żaret il-kampanja ‘Make My House A Home’ magħrufa wkoll bħala ‘The Orange Campaign’, organizzata mill-Għaqda Studenti tat-Teoloġija, fl-Università ta’ Malta, li qed issir flimkien ma’ RTK biex jinġabru fondi għall-Preventive Care Unit.

Il-President qalet li huwa dmir tagħha li tappoġġja b’mod sħiħ inizjattivi pożittivi bħal l-‘Orange Campaign’. Il-President qalet li huwa fid-dmir tagħna bħala Nsara li nħarsu lejn it-tfal u ż-żgħażagħ li għandhom bżonn l-għajnuna tagħna, u li ‘għandhom d-drittijiet tagħhom daqs kemm għandhom drittijiet it-tfal tagħna’.