Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca żżur is-servizz Għożża waqt sessjoni ta’ Aqra Miegħi, fiċ-Ċentru Servizz Għożża Ħal Qormi.

Waqt din is-sessjoni l-President ltaqgħet mat-tfajliet ommijiet li flimkien ma’ uliedhom jattendu għal dan is-servizz edukattiv.  Attendiet ukoll tfajla li kienet tibbenefika minn dan is-servizz flimkien mat-tarbija tagħha, is-Sinjorina Deborah Bartolo, li spjegat kif grazzi għal dan is-servizz mxiet ’il quddiem kemm bħala omm u anki fl-istudji tagħha hekk kif għadha kif iggradwat bħala għalliema.