Il-President ta’ Malta tifraħ lill-Arċisqof Ġdid ta’ Malta Mons. Charles Scicluna

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca tifraħ minn qalbha lil Monsinjur Charles Scicluna għall-ħatra tiegħu bħala r-Ragħaj tad-Djoċesi Maltija. 
 
Il-President ta’ Malta, filwaqt li tawgura lill-Arċisqof ġdid ta’ Malta ħidma siewja b’risq il-poplu Malti, tħares ‘il quddiem għal iktar kollaborazzjoni fl-aħjar interess tas-soċjetá Maltija kollha kemm hi.