Il-President ta’Malta u l-President tal-Ġermanja jinawguraw The Berlin Buddy Bear fil Kitchen Garden

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca u l-President tal-Ġermanja Joachim Gauck inawguraw flimkien The Berlin Buddy Bear fil-Kitchen Garden tal-President. The Berlin Buddy Bear għandu sinifikat ta’ tolleranza, għaqda, paċi u armonija madwar id-dinja.  L-ewwel Buddy Bear kien introdott f’Berlin fl-2002, u minn dakinhar ’l hawn saru 28 esibizzjoni tiegħu f’ħames kontinenti.  L-idea tiegħu li issa qed tiġi wkoll promossa f’Malta hija li tippromwovi l-arti tat-tolleranza u l-paċi.

 Dalgħodu waqt li kien inawgurat The Berlin Buddy Bear fil-Kitchen Garden, il-President ta’ Malta flimkien mal-President Ġermaniż tkellmu ma’ għexieren ta’ tfal li ġew minn diversi skejjel biex jiċċelebraw l-arti tad-diversitá, paċi u tolleranza.  Waqt din l-attivitá t-tfal ferħu meta l-President ta’ Malta u l-President Ġermaniż tkellmu magħhom u apprezzaw tpinġijiet u krafts ispirati mis-simbolu ta’ The Berlin Buddy Bear. 

 Din l-attività kienet organizzata mill-Uffiċċju tal-President u l-ambaxxata Ġermaniża, bl-appoġġ tal-kumpanija Ġermaniża Playmobil Malta Ltd.

 The Berlin Buddy Bear, ikkulurit minn għadd ta’ studenti Maltin, jinsab espost fil-Kitchen Garden tal-President.