Il-President tħabbar li se ssaħħaħ l-operat tal-MCCF f’Għawdex.

IL-PRESIDENT TA’ MALTA TĦABBAR LI SE SSAĦĦAĦ L-OPERAT TAL-UFFIĊĊJU TAL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND F’GĦAWDEX.

 

 

 

Fl-aħħar jum ta’ Strina minn Għawdex, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ħabbret li se tkun qed issaħħaħ l-operat tal-uffiċċju tal-Malta Community Chest Fund f’Għawdex, li s-sena li għaddiet infetaħ apposta biex l-MCCF tkun ta’ servizz iktar qrib l-Għawdxin li jkollhom bżonn l-għajnuna.

 

 

Il-President ta’ Malta w s-Sur Preca żaru kull lokalita’ li hemm f’Għawdex, fi Strina li niżlet qalb il-komunitajiet kollha Għawdxin.  F’kull lokalita’ li żaret il-President sabet mijiet ta’ Għawdxin bil-familji tagħhom jistennewha biex jagħtuha merħba, u fl-istess ħin ukoll biex jagħtu l-kontribut tagħhom lejn il-Malta Community Chest Fund.  Il-President qalet li t-tifsira vera tal-Milied hija dik li nuru l-imħabba lejn xulxin billi naħsbu f’xulxin u b’dan il-mod nkunu qed inkattru mhux biss l-imħabba, iżda wkoll il-paċi.

 

 

Fl-aħħar jum ta’ Strina minn Għawdex il-President ta’ Malta bdiet il-programm tagħha billi semgħet quddiesa flimkien mal-komunita’ tal-Għasri.  Wara l-quddiesa flimkien mas-Sur Preca ltaqgħet mal-komunita’ u rċeviet donazzjonijiet b’risq l-Istrina 2015.  Wara l-President marret fil-lokalita’ ta’ Żebbuġ, Għarb, u f’San Lawrenz.     Wara l-President segwiet it-tlielaq taż-żwiemel f’Ta Xħajma, fejn ir-rebbieħ Salvu Vella ta l-flus li rebaħ mit-tellieqa lill-Malta Community Chest Fund.

 

Il-programm tal-Istrina ssokta mbagħad fix-Xagħra u fil-belt tar-Rabat, bil-President flimkien mas-Sur Preca se żżur diversi pjazez.