Il-President tilqa’ lill-atleti tal-iSpecial Olympics Malta fil-Palazz ta’ Sant’ Anton

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca tilqa’ żjara ta’ korteżija mit-tim tal-Ispecial Olympics.  Għal din iż-żjara ta’ korteżija attendiet mart il-Prim Ministru s-Sinjura Michelle Muscat u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Chris Agius, fil-Palazz ta’ San Anton. Waqt din iż-żjara, il-President faħħret l-entużjażmu ta’ dawn iż-żgħażagħ li tant qed jispiraw lill-poplu Malti u Għawdxi bil-pożittività u determinazzjoni tagħhom.