Il-President tindirizza t-tmien konferenza tad-Dipartiment tal-Kura Primarja

Waqt diskors fit-tmien konferenza tal-Kura Primarja, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca qalet li s-settur primarju fil-kura tal-komunitajiet tagħna, jiflaħ, u għandu bżonn jikber u jespandi ferm aktar. Il-President spjegat li jekk jiżdiedu u jkomplu jiġu varati aktar servizzi qrib, u fil-komunitajiet tagħna, nipprevedu u nsaħħu l-opportunitajiet ta’ soċjetà aktar b’saħħitha.
“Jien għandi l-konfort li f’pajjiżna, dan il-kunċett qed jieħu xejra aktar ta’ valur, għalkemm nistqarr b’onestà, li nixtieq nara aktar ħeffa fit-twettiq ta’ dan il-proċess. Bla dubju wkoll nemmen li ma tistgħux taħdmu waħedkom f’dan il-qasam, imma jinħtieġ li l-mexxejja tal-komunitajiet ikunu impenjati flimkien magħkom, biex naslu għal dawn l-oġġettivi.”
Il-President semmiet ukoll id-diskors li tat ix-xahar li għadda fis-summit tal-Ġnus Magħquda dwar il-Miri għall-Iżvilupp Sostenibbli, liema miri huma maħsuba biex jiżguraw is-saħħa, il-wellbeing u d-dinjità ta’ kull persuna fid-dinja, kif ukoll il-ħarsien tad-dinja. “Il-mira ewlenija li tindirizza s-saħħa ssostni li rridu niżguraw ħajja b’saħħitha għal kull bniedem, u nippromovu l-ġid uml-wellbeing, kemm fiżiku, mentali, soċjali u emozzjonali, għall-bnedmin ta’ kull età.”
Il-President ħeġġet lill-professjonisti fis-saħħa biex ikunu huma l-mezz biex id-dinja tilħaq dan l-għan, jeżerċitaw ir-rwol tagħhom u jġibu verament dik il-bidla li tant hemm bżonn għad-dinja,