Il-President tissokta biż-żjarat tagħha fl-iskejjel, din id-darba fi skejjel f’Għawdex.

 

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca flimkien mas-Sur Preca dalgħodu żaret tlett iskejjel f’Għawdex bħala parti mill-programm tagħha fl-iskejjel f’Malta u f’Għawdex fejn qed tkompli tiltaqa’ ma’ gruppi ta’ studenti biex tisma’ l-opinjoni tagħhom dwar suġġetti varji.

 

Matul dawn l-aħħar tnax–il xahar il-President żaret għadd kbir ta’ skejjel f’Malta u f’Għawdex, liema żjarat wasslu biex il-ġimgħa li għaddiet ġiet organizzata għall-ewwel darba mill-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà,  l-ewwel konferenza Nazzjonali fuq il-bullying mill-perspettiva tat-tfal.  Dan seħħ hekk kif f’dawn iż-żjarat fl-iskejjel, persentaġġ kbir ta’ tfal tkellmu mal-President fuq il-problema tal-bullying.

 

Il-President ta’ Malta se tibqa’ għaddejja b’dawn iż-żjarat fl-iskejjel għaliex temmen li għandhom ikunu t-tfal li jitkellmu fuq dak li qed jolqot lilhom u allura li jitfasslu l-bidliet li jkun hemm bżonn għall-wellbeing tal-istess tfal.