Illum, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca qassmet ċeritifkati lill-parteċipanti tal-proġett YEP! – Young People Explore Photography

Illum, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca qassmet ċeritifkati lill-parteċipanti tal-proġett YEP! – Young People Explore Photography, proġett organizzat minn KOPIN bil-kollaborazzjoni tal-fotografu Darrin Zammit Lupi. Dan il-proġett kien wieħed mill-proġetti li ġie magħżul għall-Premju tal-President għall-Kreattività 2015. Il-proġett jiffoka fuq l-iżvilupp personali, emozzjonali, u tal-ħiliet, u fuq l-inklużjoni ta’ żgħażagħ żvantaġġati permezz tal-esplorazzjoni tal-fotografija. F’dan il-proċess, il-proġett ilaqqa’ seba’ żgħażagħ Maltin żvantaġġati soċjalment, u seba’ minuri li qed ifittxu l-ażil.