Jinġabru 4,027,000 Ewro fl-Istrina 2015 grazzi għall-ġenerożita’ tal-Maltin u l-Għawdxin.

Il-Malta Community Chest Fund tirringrazzja lill-poplu Malti  u Għawdxi wara li lbieraħ fl-Istrina 2015, inġabru 4,027,000 Ewro.  Din it-turija ta’ ġenerożita’ u solidarjeta’ tkompli tqiegħed aktar responsabilita’ fuq il-Malta Community Chest Fund biex tkompli tagħti l-għajnuna lil dawk ħutna Maltin u Għawdxin li jigu bżonnha.

 

Il-Malta Community Chest Fund tirringrazzja wkoll lill-mijiet kbar ta’ voluntiera u lil mijiet  ta’ għaqdiet, kumpanniji, stazzjonijiet televiżivi, u ħaddiema li għamlu din l-Istrina 2015 possibbli.

It-trażmissjoni tal-Istrina 2015, kienet imxandra fuq TVM, TVM2, One Tv, Net Tv, u F Living, kemm minn Malta u anki b’xandira specjali minn Għawdex.