Fil-Jum Dinji għall-Għoti tad-demm, il-President Marie-Louise Coleiro Preca appellat lill-poplu Malti u Għawdxi biex minn saħħtu jgħin lil ħaddieħor jieħu saħħtu lura.
Saħqet li Doris Mallia, li hija l-iktar persuna li tat demm tul ħajjitha, hija xempju għalina lkoll biex nuru solidarjetà ma’ dawk li għandhom bżonn.