“Nawgura lill-Malta Colorectal Cancer Awareness Group ta’ din l-inizjattiva importantissima, talli ngħaqdu u se jaħdmu flimkien b’risq il-Maltin u l-Għawdxin kontra dan il-kanċer li jista’ jitfejjaq jekk jinqabad fil-ħin”

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, dalgħodu ppresediet it-tnedija tal-Malta Colorectal Cancer Awareness Group, li tiegħu hija President Onorarju.

 

Fid-diskors tagħha, faħħret l-inizjattiva tas-Sur Anthony Rossi, President tal-grupp, li waqqaf dan il-grupp bil-għan li jiżdied l-għarfien ta’ dan il-kanċer, li għalkemm huwa it-tielet kanċer l-aktar komuni fl-irġiel u t-tieni fin-nisa, huwa tip ta’ kanċer li jista’ jiġi kkurat b’suċċess jekk jinqabad fi stadju kmieni.

 

Il-President rrimarkat li dan il-grupp diġà jifforma parti minn National Cancer Platform, u allura se jkun qiegħed jaħdem flimkien mal-għaqdiet l-oħrajn, sabiex ikun hemm kollaborazzjoni kontinwa fil-ħidma kontra l-kanċer.