-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca f’laqgħa mas-Salesian Missionary Voluntary Service in Krakow.

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca f’laqgħa mas-Salesian Missionary Voluntary Service in Krakow.   Waqt il-laqgħa  mas-Sinjura Jadwiga Karlak u mas-Sinjura Katarzyna Mierzejewska, Koordinatriċi tal-Proġetti, u Koordinatriċi tal-Voluntiera, l-għaqda spjegaw lill-President kif il-ħidma tagħhom tikkonsisti billi jinġiebu għadd ta’ voluntiera li wara taħriġ li jkun hemm bżonn jintbagħtu f’missjonijiet diversi f’għadd ta’ pajjiżi fejn hemm bżonn ta’ proġetti li jtejbu l-ħajja tal-bniedem, fosthom fl-Indja, Kenya, Malawi, Tanzani, Russja u Ukrajna.