President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, ilbieraħ attendiet għaċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni, fi tmiem il-Bosco Summer School

President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, ilbieraħ attendiet għaċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni, fi tmiem il-Bosco Summer School. Il-President tenniet li “meta ż-żgħażagħ ikunu protagonisti fl-iżvilupp tagħhom stess, meta jiġu vvalutati u mismugħa, imbagħad is-soċjetà tibda tinbidel mill-għeruq tagħha.” Hija appellat ukoll biex ikomplu jinħolqu “spazji fejn iż-żgħażagħ iħossuhom li għandhom is-setgħa li jaqsmu l-fehmiet, l-aspirazzjonijiet u t-tħassib tagħhom”, u appellat biex inkomplu ninkludu liż-żgħażagħ “fl-isforzi tagħna kollha u naċċettawhom bħala kollaboraturi u kontributuri attivi għall-ġid tas-soċjetà.”

 

Post Oratorju Don Bosco Sliema