Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca żaret il-pazjenti Maltin li jinsabu ġewwa Sutton, fosthom iċ-ċkejken Nigel li għadu kemm lesta operazzjoni ta’ trapjant tal-qalb b’suċċess.
F’dawk li l-President Coleiro Preca ddiskreviet bħala “mumenti emozzjonanti”, il-President qalet li tħoss sens kbir ta’ gratitudni lejn il-Maltin u Għawdxin għall-ġenerożità tagħhom sabiex jgħinu lil dawn ħutna li jkollhom jmorru barra l-pajjiz għal aktar kura.