Reazzjoni tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca wara l-aħbar tal-għeluq tal-inkjesta maġisterjali rigward l-inċident ta’ Paqpaqli għall-Istrina

“Ir-reazzjoni għall-konklużjonijiet tal-inkjesta ma tistax tkun waħda ta’ ġudizzju, minħabba li issa li l-inkjesta ngħalqet, din dieħla f’parti oħra tal-proċeduri legali u għaldaqstant mhux xieraq nikkummenta dwar dan.

 

Jeħtieġ li nħallu f’idejn l-awtoritajiet kompetenti biex nassiguraw li ssir ġustizzja.

 

Il-ħsieb ewlieni tiegħi jibqa’ dwar dawk il-persuni li weġġgħu u li ebda kliem li nista’ ngħid ma jista’ jfarraġ u jnessi t-tbatija u t-trawma li għexu u li għadhom jgħixu.

 

Dan l-inċident jibqa’ memorja kerha, fejn attività li kienet maħsuba biex tagħmel il-ġid u tferraħ lin-nies spiċċat f’esperjenza ta’ dulur.

 

Hija tassew ħasra li attività li ilha tiġi organizzata 10 snin u li kull sena, bla dubju, l-organizzaturi kellhom rieda u intenzjoni mill-aktar tajba ta’ solidarjetà, spiċċat fi traġedja bħal din.

 

Sadanittant jiena nibqa’ nsegwi mill-qrib lill-vittmi ta’ dan l-inċident, u lill-familji tagħhom.”