Stqarrija mill-uffiċċju tal-president

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ħalliet Malta għal Brussell fejn se tkun il-Mistiedna Speċjali tas-26 Sessjoni Annwali tal-Forum Crans Montana intitolata ‘Living with Crises – Who will be the Winners?’.  Waqt din is-sessjoni speċjali, il-President ta’ Malta se tkun qed tagħti diskors.   Is-Sinjura Dolores Cristina ħadet il-ġurament tal-ħatra bħala l-Aġent President ta’ Malta.