Stqarrija mill-Uffiċċju tal-President

Dalgħodu l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ltaqgħet mal-Arċisqof ta’ Krakow, il-Kardinal Stanisław Dziwisz fil-Kurja ta’ Krakow, fil-Polonja. Il-President ta’ Malta tinsab fil-Polonja hekk kif iktar tard waranofsinhar se tkun qed tattendi għaċ-ċerimonja li se tfakkar is-sebgħin anniversarju mill-ħelsien ta’ Auschwitz. Waqt il-laqgħa mal-Arċisqof ta’ Krakow li kien is-Segretarju tal-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni għal erbgħin sena, il-President ta’ Malta stiednet lill-Kardinal jiġi Malta f’egħluq l-għaxar sena mill-anniversarju tal-mewt tal-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni.