Stqarrija mill-Uffiċċju tal-President

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca tikkundanna l-attakki terroristiċi li seħħew fuq il-lukanda Maltija Corinthia fi Tripli l-Libja, u turi solidarjetà mal-vittmi u mal-ħaddiema Maltin, u t-tmexxija tal-lukanda Corinthia fi Tripli.  Il-President ta’ Malta appellat biex il-Maltin isegwu l-avviż ta’ vjaġġar maħruġ mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, biex il-Maltin ma jivvjaġġawx lejn il-Libja, hekk kif is-sitwazzjoni f’dan il-pajjiż hija perikoluża. Il-President appellat għad-djalogu u l-paċi b’risq id-dinjità umana. ​