Stqarrija mill-Uffiċċju tal-President

Il-President ta’ Malta l-E.T Marie Louise Coleiro Preca tirringrazzja lill-Arċisqof  ta’ Malta Monsinjur Pawlu Cremona għas-servizz spiritwali tiegħu li kattar ċertament  ġid fil-poplu Malti u Għawdxi.
 
Il-President qalet li l-Arċisqof Cremona dejjem kellu għal qalbu l-umanita’, u li kien għalhekk li ħadem biex ikun viċin in-nies u jħoss il-polz tal-vulnerabbli.
 
L-Eċċellenza Tagħha qalet li l-Arċisqof Pawlu Cremona kien kuraġġuż li ħa dan il-pass bl-akbar responsabbilta’, integrita’ u anki onesta’.  Hija faħħret lill-Monsinjur Cremona għall-fatt li l-ħidma pastorali tiegħu kellha valur spiritwali profond  u għaldaqstant tawgura li s-suċċessur ta’ Monsinjur Cremona, ikompli jsaħħaħ ħidmietu fuq il-passi tal-predeċessur tiegħu.