Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, dalgħodu ħalliet Malta għal żjara fi Brussel, il- Belġju.
Waqt din iż-żjara, il-President ta’ Malta se tieħu sehem f’roundtable fil-Parlament Ewropew bit-tema ‘Missing Children: A European Roadmap to safety’ organizzata mill-Membru Parlamentari Ewropew Nathalie Griesbeck.
Il-President ta’ Malta tirritorna aktar tard illejla.
Is-Sinjura Dolores Cristina ħadet il-ġurament bħala Aġent President ta’ Malta.